+Artikolu 22 Reazzjoni superviżorja
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2

Artikolu 22 Reazzjoni superviżorja

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1

1.   Mingħajr preġudizzju għall-kontribut, pariri jew rimedji tekniċi u segwitu sussegwenti li jista’ jingħata, fejn applikabbli, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mis-CSIRTs skont id-Direttiva (UE) 2022/2555, l-awtorità kompetenti għandha, mal-wasla tan-notifika inizjali u ta’ kull rapport kif imsemmi fl-Artikolu 19(4), tikkonferma li waslulha u tista’, fejn fattibbli, fi żmien raġonevoli tipprovdi reazzjoni jew gwida ta’ livell għoli, rilevanti u proporzjonata lill-entità finanzjarja, b’mod partikolari biex kwalunkwe informazzjoni anonimizzata u intelligence rilevanti dwar theddid simili ssir disponibbli, tiddiskuti r-rimedji applikati fil-livell tal-entità finanzjarja, u tista’ tiddiskuti l-modi biex jiġi minimizzat u mitigat l-impatt negattiv mas-settur finanzjarju kollu. Mingħajr preġudizzju għar-reazzjoni superviżorja li tingħata, l-entitajiet finanzjarji għandhom jibqgħu kompletament responsabbli għall-ġestjoni u għall-konsegwenzi tal-inċidenti relatati mal-ICT irrappurtati skont l-Artikolu 19(1).

Artikolu 22 2

2.   L-AS, permezz tal-Kumitat Konġunt, u fuq bażi anonimizzata u aggregata, għandhom kull sena jirrapportaw inċidenti kbar relatati mal-ICT, li d-dettalji tagħhom għandhom jingħataw mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 19(6), u jipprovdu mill-anqas l-għadd ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, in-natura u l-impatt tagħhom fuq l-operazzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji jew fuq il-klijenti, l-azzjonijiet ta’ rimedju meħuda u l-kostijiet imġarrba.

L-ASE għandhom joħorġu twissijiet u jipproduċu statistika ta’ livell għoli biex jappoġġjaw il-valutazzjonijiet tat-theddid u tal-vulnerabbiltà tal-ICT.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit