1. Mingħajr preġudizzju għall-kontribut, pariri jew rimedji tekniċi u segwitu sussegwenti li jista’ jingħata, fejn applikabbli, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mis-CSIRTs skont id-Direttiva (UE) 2022/2555, l-awtorità kompetenti għandha, mal-wasla tan-notifika inizjali u ta’ kull rapport kif imsemmi fl-Artikolu 19(4), tikkonferma li waslulha u tista’, fejn fattibbli, fi żmien raġonevoli tipprovdi reazzjoni jew gwida ta’ livell għoli, rilevanti u proporzjonata lill-entità finanzjarja, b’mod partikolari biex kwalunkwe informazzjoni anonimizzata u intelligence rilevanti dwar theddid simili ssir disponibbli, tiddiskuti r-rimedji applikati fil-livell tal-entità finanzjarja, u tista’ tiddiskuti l-modi biex jiġi minimizzat u mitigat l-impatt negattiv mas-settur finanzjarju kollu. Mingħajr preġudizzju għar-reazzjoni superviżorja li tingħata, l-entitajiet finanzjarji għandhom jibqgħu kompletament responsabbli għall-ġestjoni u għall-konsegwenzi tal-inċidenti relatati mal-ICT irrappurtati skont l-Artikolu 19(1).