9. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jistabbilixxu l-mudelli standard għall-finijiet tar-reġistru tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 3, inkluż l-informazzjoni li hija komuni għall-arranġamenti kuntrattwali kollha dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT. L-ASE għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.