+Artikolu 31 5

Artikolu 31 5

5.   Is-sorveljant ewlieni għandu jinnotifika lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT dwar l-eżitu tal-valutazzjoni li twassal għad-deżinjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a). Fi żmien 6 ġimgħat mid-data tan-notifika, il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jista’ jippreżenta dikjarazzjoni motivata bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni lis-sorveljant ewlieni. Is-sorveljant ewlieni għandu jikkunsidra d-dikjarazzjoni motivata u jista’ jitlob li tiġi ppreżentata informazzjoni addizzjonali fi żmien 30 jum kalendarju mill-wasla ta’ tali dikjarazzjoni.

Wara d-deżinjazzjoni ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiku, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jinnotifikaw lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT b’din id-deżinjazzjoni u bid-data minn meta ser jibdew jkunu effettivament soġġetti għal attivitajiet ta’ sorveljanza. Dik id-data tal-bidu ma għandhiex tkun aktar tard minn xahar wara n-notifika. Il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandu jinnotifika lill-entitajiet finanzjarji li lilhom jipprovdi servizzi dwar id-deżinjazzjoni tagħhom bħala kritika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit