1. Il-Kumitat Konġunt, f’konformità mal-Artikolu 57(1) tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, għandu jistabbilixxi l-Forum ta’ Sorveljanza bħala sottokumitat għall-finijiet ta’ appoġġ għall-ħidma tal-Kumitat Konġunt u s-Sorveljant Ewlieni msemmi fil-Artikolu 31(1), il-punt (b), fil-qasam tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi fis-setturi finanzjarji kollha. Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jħejji l-abbozzi tal-pożizzjonijiet konġunti u l-abbozzi tal-atti komuni tal-Kumitat Konġunt f’dak il-qasam.
Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jiddiskuti regolarment l-iżviluppi rilevanti dwar ir-riskju u l-vulnerabbiltajiet tal-ICT u jippromwovi approċċ konsistenti fil-monitoraġġ tar-riskju tal-partijiet terzi tal-ICT fuq livell tal-Unjoni.