+Artikolu 32 Struttura tal-Qafas ta’ Sorveljanza
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2
---+Artikolu 32 3
---+Artikolu 32 4
---+Artikolu 32 5
---+Artikolu 32 6
---+Artikolu 32 7
---+Artikolu 32 8
---+Artikolu 32 9
|
Artikolu 32 Struttura tal-Qafas ta’ Sorveljanza
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1
|
1. Il-Kumitat Konġunt, f’konformità mal-Artikolu 57(1) tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, għandu jistabbilixxi l-Forum ta’ Sorveljanza bħala sottokumitat għall-finijiet ta’ appoġġ għall-ħidma tal-Kumitat Konġunt u s-Sorveljant Ewlieni msemmi fil-Artikolu 31(1), il-punt (b), fil-qasam tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi fis-setturi finanzjarji kollha. Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jħejji l-abbozzi tal-pożizzjonijiet konġunti u l-abbozzi tal-atti komuni tal-Kumitat Konġunt f’dak il-qasam.
Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jiddiskuti regolarment l-iżviluppi rilevanti dwar ir-riskju u l-vulnerabbiltajiet tal-ICT u jippromwovi approċċ konsistenti fil-monitoraġġ tar-riskju tal-partijiet terzi tal-ICT fuq livell tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 32 2
|
2. Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu, fuq bażi annwali, jwettaq valutazzjoni kollettiva tar-riżultati u s-sejbiet tal-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa għall-fornituri terzi kritiċi kollha ta’ servizzi tal-ICT u jippromwovi miżuri ta’ koordinazzjoni biex tiżdied ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entitajiet finanzjarji, jitrawmu l-aħjar prattiki dwar l-indirizzar tar-riskju tal-konċentrazzjoni tal-ICT u jiġu esplorati mitiganti għat-trasferiment tar-riskju minn settur għall-ieħor.
|
|
Artikolu 32 3
|
3. Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jippreżenta parametri referenzjarji komprensivi għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt bħala pożizzjonijiet konġunti tal-ASE skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 32 4
|
4. Il-Forum ta’ Sorveljanza għandu jkun magħmul minn:
|
(a)
|
il-Presidenti tal-ASE;
|
|
(b)
|
rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 46 minn kull Stat Membru;
|
|
(c)
|
id-Diretturi Eżekuttivi ta’ kull Awtorità Superviżorja Ewropeja u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni, mill-BERS, mill-BĊE u mill-ENISA bħala osservaturi;
|
|
(d)
|
fejn xieraq, rappreżentant addizzjonali wieħed ta’ awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 46 minn kull Stat Membru bħala osservatur;
|
|
(e)
|
fejn applikabbli, rappreżentant wieħed tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 responsabbli għas-superviżjoni ta’ entità essenzjali jew importanti soġġetta għal dik id-Direttiva, li jkun ġie ddeżinjat bħala fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, bħala osservatur.
|
Il-Forum ta’ Sorveljanza jista’, fejn xieraq, ifittex il-parir ta’ esperti indipendenti maħtura skont il-paragrafu 6.
|
|
Artikolu 32 5
|
5. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja l-awtorità kompetenti rilevanti li l-membru tal-persunal tagħha għandu jkun ir-rappreżentant ta’ livell għoli msemmi fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u għandu jinforma lis-sorveljant ewlieni b’dan.
L-ASE għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom il-lista tar-rappreżentanti ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rielvanti maħtura mill-Istati Membri.
|
|
Artikolu 32 6
|
6. L-esperti indipendenti msemmija fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, għandhom jinħatru mill-Forum ta’ Sorveljanza minn grupp ta’ esperti magħżula wara proċess ta’ applikazzjoni pubbliku u trasparenti.
L-esperti indipendenti għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien espert tagħhom dwar l-istabbiltà finanzjarja, ir-reżiljenza operazzjonali diġitali u kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ICT. Huma għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi, u la għandhom jitolbu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra.
|
|
Artikolu 32 7
|
7. F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, l-ASE għandhom sas-17 ta’ Lulju 2024 joħorġu, għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, linji gwida dwar il-kooperazzjoni bejn l-ASE u l-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-proċeduri dettaljati u l-kondizzjonijiet għat-tqassim u għat-twettiq tal-kompiti bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ASE u d-dettalji dwar l-iskambji ta’ informazzjoni li huma meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 35(1), il-punt (d), indirizzati lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
Artikolu 32 8
|
8. Ir-rekwiżiti li jinsabu f’din it-Taqsima għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u ta’ regoli oħra tal-Unjoni dwar is-sorveljanza applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ cloud computing.
|
|
Artikolu 32 9
|
9. L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u abbażi tal-ħidma preparatorja mwettqa mill-Forum ta’ Sorveljanza, għandhom, fuq bażi annwali, jippreżentaw rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|