1. Is-Sorveljant Ewlieni jista’, permezz ta’ talba sempliċi jew b’deċiżjoni, jitlob lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jipprovdu l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex is-Sorveljant Ewlieni jwettaq dmirijietu skont dan ir-Regolament, inkluż id-dokumenti operazzjonali jew tan-negozju rilevanti kollha, il-kuntratti, il-politiki, id-dokumentazzjoni, ir-rapporti tal-awditjar tas-sigurtà tal-ICT, ir-rapporti tal-inċidenti relatati mal-ICT, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni relatata mal-partijiet li lilhom il-fornitur terz kritiku tas-servizzi tal-ICT ikun esternalizza funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali.