+Artikolu 37 Talba għal informazzjoni
---+Artikolu 37 1
---+Artikolu 37 2
---+Artikolu 37 3
---+Artikolu 37 4
---+Artikolu 37 5
|
Artikolu 37 Talba għal informazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1
|
1. Is-Sorveljant Ewlieni jista’, permezz ta’ talba sempliċi jew b’deċiżjoni, jitlob lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jipprovdu l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex is-Sorveljant Ewlieni jwettaq dmirijietu skont dan ir-Regolament, inkluż id-dokumenti operazzjonali jew tan-negozju rilevanti kollha, il-kuntratti, il-politiki, id-dokumentazzjoni, ir-rapporti tal-awditjar tas-sigurtà tal-ICT, ir-rapporti tal-inċidenti relatati mal-ICT, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni relatata mal-partijiet li lilhom il-fornitur terz kritiku tas-servizzi tal-ICT ikun esternalizza funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali.
|
|
Artikolu 37 2
|
2. Meta jibgħat talba sempliċi għall-informazzjoni skont il-paragrafu 1, is-Sorveljant Ewlieni għandu:
|
(a)
|
jirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;
|
|
(b)
|
jiddikjara l-għan tat-talba;
|
|
(c)
|
jispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa;
|
|
(d)
|
jistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;
|
|
(e)
|
jinforma lir-rappreżentant tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT li mingħandu tintalab l-informazzjoni li mhuwiex obbligat jipprovdi l-informazzjoni, iżda li f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta ma tridx tkun skorretta jew qarrieqa.
|
|
|
Artikolu 37 3
|
3. Meta jitlob permezz ta’ deċiżjoni li tiġi pprovduta l-informazzjoni skont il-paragrafu 1, is-Sorveljant Ewlieni għandu:
|
(a)
|
jirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;
|
|
(b)
|
jiddikjara l-għan tat-talba;
|
|
(c)
|
jispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa;
|
|
(d)
|
jistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;
|
|
(e)
|
jindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6) fejn l-informazzjoni meħtieġa mogħtija ma tkunx kompluta jew meta tali informazzjoni ma tiġix ipprovduta fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;
|
|
(f)
|
jindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni lill-Bord tal-Appell tal-ASE u għad-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
|
|
Artikolu 37 4
|
4. Ir-rappreżentanti tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. L-avukati debitament awtorizzati jaġixxu jistgħu jfornu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandu jibqa’ kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija ma tkunx kompleta, tkun skorretta jew qarrieqa.
|
|
Artikolu 37 5
|
5. Is-Sorveljant Ewlieni għandu, mingħajr dewmien, jibgħat kopja tad-deċiżjoni biex iforni informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji li jużaw is-servizzi tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT rilevanti u lill-JON.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|