+Artikolu 10 2.

Artikolu 10 2.

Is-settijiet tad-data għal taħriġ, validazzjoni u ttestjar għandhom ikunu soġġetti għal prattiki ta' governanza u ġestjoni tad-data xierqa għall-għan maħsub tas-sistema tal-IA b'riskju għoli. Dawk il-prattiki għandhom jikkonċernaw b'mod partikolari:

(a) 

l-għażliet ta' disinn rilevanti;

(b) 

il-proċessi tal-ġbir tad-data u l-oriġini tad-data, u fil-każ ta' data personali, l-iskop oriġinali tal-ġbir tad-data;

(c) 

operazzjonijiet rilevanti ta' pproċessar ta' tħejjija tad-data, bħall-annotazzjoni, it-tikkettar, it-tindif, l-aġġornament, l-arrikkiment u l-aggregazzjoni;

(d) 

il-formulazzjoni ta' suppożizzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li d-data suppost tkejjel u tirrappreżenta;

(e) 

valutazzjoni tad-disponibbiltà, il-kwantità u l-adegwatezza tas-settijiet tad-data li huma meħtieġa;

(f) 

l-eżami fid-dawl ta' preġudizzji possibbli li x'aktarx jaffettwaw is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, ikollhom impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali jew iwasslu għal diskriminazzjoni pprojbita skont il-liġi tal-Unjoni, speċjalment fejn l-outputs tad-data jinfluwenzaw l-inputs għal operazzjonijiet futuri;

(g) 

miżuri xierqa għall-kxif, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-preġudizzji possibbli identifikati skont il-punt (f);

(h) 

l-identifikazzjoni ta' lakuni jew nuqqasijiet rilevanti fid-data li jfixklu l-konformità ma' dan ir-Regolament, u kif dawk il-lakuni u n-nuqqasijiet jistgħu jiġu indirizzati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit