+Artikolu 11 1.
|
Artikolu 11 1.
Id-dokumentazzjoni teknika ta' sistema tal-IA b'riskju għoli għandha titfassal qabel ma dik is-sistema tiġi introdotta fis-suq jew titqiegħed fis-servizz u għandha tinżamm aġġornata. Dik id-dokumentazzjoni teknika għandha titfassal b’mod li turi li s-sistema tal-IA b’riskju għoli tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati f’din it-Taqsima u tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-korpi notifikati b’mod ċar u komprensiv biex tiġi vvalutata l-konformità tas-sistema tal-IA ma’ dawk ir-rekwiżiti. Bħala minimu, għandu jkun fiha l-elementi stipulati fl-Anness IV. L-SMEs, inkluż in-negozji ġodda, u l-SMCs, jistgħu jipprovdu l-elementi tad-dokumentazzjoni teknika speċifikata fl-Anness IV b’mod simplifikat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formola simplifikata ta’dokumentazzjoni teknika mmirata lejn t il-ħtiġijiet tal-SMEs, inkluż tan-negozji ġodda, u tal-SMCs. Meta SME, inkluż negozju ġdid, jew SMC tagħżel li tipprovdi l-informazzjoni mitluba fl-Anness IV b’mod simplifikat, din għandha tuża l-formola msemmija f’dan il-paragrafu. Il-korpi notifikati għandhom jaċċettaw il-formola għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|