+Artikolu 25 1.

Artikolu 25 1.

Kwalunkwe distributur, importatur, implimentatur jew parti terza oħra għandhom jitqiesu bħala fornitur ta' sistema tal-IA b'riskju għoli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tal-fornitur skont l-Artikolu 16, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

ipoġġu isimhom jew it-trademark tagħhom fuq sistema tal-IA b'riskju għoli diġà introdotta fis-suq jew imqiegħda fis-servizz, mingħajr preġudizzju għal ftehimiet kuntrattwali li jistipulaw li l-obbligi jiġu allokati b'mod ieħor;

(b) 

jagħmlu modifika sostanzjali f'sistema tal-IA b'riskju għoli li tkun diġà ġiet introdotta fis-suq jew diġà tqiegħdet fis-servizz b'tali mod li tibqa' sistema tal-IA b'riskju għoli skont l-Artikolu 6;

(c) 

jimmodifikaw l-għan maħsub ta' sistema tal-IA, inkluż sistema tal-IA bi skop ġenerali, li ma tkunx ġiet ikklassifikata bħala ta' riskju għoli u li tkun diġà ġiet introdotta fis-suq jew imqiegħda fis-servizz b'tali mod li s-sistema tal-IA kkonċernata ssir sistema tal-IA b'riskju għoli skont l-Artikolu 6.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit