|
+Artikolu 28 8. |
Artikolu 28 8.L-awtoritajiet tan-notifika ddeżinjati skont dan ir-Regolament li huma responsabbli għas-sistemi tal-IA koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I għandhom jiżguraw li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità li japplika għad-deżinjazzjoni kemm skont dan ir-Regolament kif ukoll skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I jingħata l-possibbiltà li jissottometti applikazzjoni unika u jgħaddi minn proċedura ta’ valutazzjoni unifikata li għandha tiġi ddeżinjata skont dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I, fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tipprevedi tali applikazzjoni unika u proċedura ta’ valutazzjoni unifikata. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet tan-notifika ddeżinjati skont dan ir-Regolament u dawk deżinjati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I għandhom jikkooperaw fil-valutazzjonijiet tagħhom. L-applikazzjoni unika u l-proċedura tal-valutazzjoni unifikata msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-korpi notifikati diġà ddeżinjati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I, meta dawk il-korpi notifikati japplikaw għal deżinjazzjoni skont dan ir-Regolament, diment li l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tipprevedi proċedura bħal din. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinħatar skont aktar minn biċċa waħda tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I għandu jkollu japplika darba biss biex jiġi ddeżinjat skont dan ir-Regolament. Deżinjazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun applikabbli għal-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I li għaliha jkun inħatar il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità. L-applikazzjoni unika u l-proċedura tal-valutazzjoni unifikata għandha tevita kwalunkweduplikazzjoni mhux meħtieġa, tibni fuq il-proċeduri eżistenti għad-deżinjazzjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I, u tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti relatati mal-korpi notifikati kemm f’konformità ma’ dan ir-Regolament kif ukoll mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|