+Artikolu 28 Awtoritajiet tan-notifika
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.
---+Artikolu 28 7.
---+Artikolu 28 8.
---+Artikolu 28 9.
|
Artikolu 28 Awtoritajiet tan-notifika
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Kull Stat Membru għandu jiddeżinja jew jistabbilixxi mill-inqas awtorità tan-notifika waħda responsabbli għall-istabbiliment u għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ tagħhom. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu żviluppati b’kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tan-notifika tal-Istati Membri kollha.
|
|
Artikolu 28 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont it-tifsira ta’, u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u f’konformità miegħu.
|
|
Artikolu 28 3.
|
L-awtoritajiet tan-notifika għandhom ikunu stabbiliti, organizzati u mħaddma b’tali mod li ma jinħoloq l-ebda kunflitt ta’ interess mal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, u li l-oġġettività u li l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu salvagwardati.
|
|
Artikolu 28 4.
|
L-awtoritajiet tan-notifika għandhom ikunu organizzati b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuna kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni ta’ dawk il-korpi.
|
|
Artikolu 28 5.
|
L-awtoritajiet tan-notifika la għandhom joffru u lanqas jipprovdu xi attivitajiet li jwettqu l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u lanqas xi servizz ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.
|
|
Artikolu 28 6.
|
L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiksbu, f’konformità mal-Artikolu 78.
|
|
Artikolu 28 7.
|
L-awtoritajiet tan-notifika għandu jkollhom għadd adegwat ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex jagħmlu x-xogħol tagħhom sewwa. Il-persunal kompetenti għandu jkollu l-kompetenza esperta meħtieġa, fejn applikabbli, għall-funzjoni tiegħu, f’oqsma bħat-teknoloġiji tal-informazzjoni, l-IA u l-liġi, inkluż is-superviżjoni tad-drittijiet fundamentali.
|
|
Artikolu 28 8.
|
L-awtoritajiet tan-notifika ddeżinjati skont dan ir-Regolament li huma responsabbli għas-sistemi tal-IA koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I għandhom jiżguraw li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità li japplika għad-deżinjazzjoni kemm skont dan ir-Regolament kif ukoll skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I jingħata l-possibbiltà li jissottometti applikazzjoni unika u jgħaddi minn proċedura ta’ valutazzjoni unifikata li għandha tiġi ddeżinjata skont dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I, fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tipprevedi tali applikazzjoni unika u proċedura ta’ valutazzjoni unifikata. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet tan-notifika ddeżinjati skont dan ir-Regolament u dawk deżinjati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I għandhom jikkooperaw fil-valutazzjonijiet tagħhom. L-applikazzjoni unika u l-proċedura tal-valutazzjoni unifikata msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-korpi notifikati diġà ddeżinjati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I, meta dawk il-korpi notifikati japplikaw għal deżinjazzjoni skont dan ir-Regolament, diment li l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tipprevedi proċedura bħal din. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinħatar skont aktar minn biċċa waħda tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I għandu jkollu japplika darba biss biex jiġi ddeżinjat skont dan ir-Regolament. Deżinjazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun applikabbli għal-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I li għaliha jkun inħatar il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità. L-applikazzjoni unika u l-proċedura tal-valutazzjoni unifikata għandha tevita kwalunkweduplikazzjoni mhux meħtieġa, tibni fuq il-proċeduri eżistenti għad-deżinjazzjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I, u tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti relatati mal-korpi notifikati kemm f’konformità ma’ dan ir-Regolament kif ukoll mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.
|
|
Artikolu 28 9.
|
Awtorità tan-notifika li tkun ġiet iddeżinjata skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I hija wkoll l-awtorità tan-notifika għall-applikazzjoni tal-applikazzjoni unika u l-proċedura ta’ valutazzjoni unifikata msemmija fil-paragrafu 8, sakemm l-Istat Membru ma jiddeżinjax awtorità tan-notifika oħra għal dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|