|
+Artikolu 40 2. |
Artikolu 40 2.F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, il-Kummissjoni għandha toħroġ, mingħajr dewmien żejjed, talbiet għall-istandardizzazzjoni li jkopru r-rekwiżiti kollha stipulati fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu u, kif applikabbli, talbiet għall-istandardizzazzjoni li jkopru l-obbligi stipulati fil-Kapitolu V, it-Taqsimiet 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament’. It-talba ta’ standardizzazzjoni għandha titlob ukoll strumenti għall-proċessi ta’ rappurtar u ta’ dokumentazzjoni biex tittejjeb il-prestazzjoni tar-riżorsi tas-sistemi tal-IA, bħat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u ta’ riżorsi oħra tas-sistema tal-IA b’riskju għoli matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha, u dwar l-iżvilupp tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-mudelli tal-IA bi skop ġenerali. Meta tħejji talba ta’ standardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Bord u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż il-forum konsultattiv. Meta toħroġ talba ta’ standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika li l-istandards iridu jkunu ċari, konsistenti, inkluż mal-istandards żviluppati fid-diversi setturi għall-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I, u bil-għan li jiżguraw li s-sistemi tal-IA b’riskju għoli jew il-mudelli tal-IA bi skop ġenerali introdotti fis-suq jew imqiegħda fis-servizz fl-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti jew l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jipprovdu evidenza tal-aħjar sforzi tagħhom biex jissodisfaw l-objettivi msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 1025/2012. Il-Kummissjoni għandha titlob, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u mingħajr dewmien żejjed, lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw strumenti ta’ standardizzazzjoni, inkluż, kif xieraq, standards armonizzati, biex jiffaċilitaw il-konformità konġunta u l-preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti jew l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III, it-Taqsimiet 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament, u r-rekwiżiti u l-obbligi rilevanti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|