6. Il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandu jissottometti għall-ispezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tas-Sorveljant Ewlieni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni, tistabbilixxi d-data ta’ meta l-ispezzjoni għandha tibda’ u għandha tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6), ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.