+Artikolu 39 Spezzjonijiet
---+Artikolu 39 1
---+Artikolu 39 2
---+Artikolu 39 3
---+Artikolu 39 4
---+Artikolu 39 5
---+Artikolu 39 6
---+Artikolu 39 7
|
Artikolu 39 Spezzjonijiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1
|
1. Sabiex iwettaq dmirijietu skont dan ir-Regolament, is-Sorveljant Ewlieni, assistit mit-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 40(1), jista’ jidħol fi, u jwettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fuq il-post fi kwalunkwe bini, art jew proprjetà tan-negozju tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, bħal uffiċċji prinċipali, ċentri tal-operazzjonijiet, bini sekondarju, kif ukoll iwettaq spezzjonijiet mhux fuq il-post.
Għall-finijiet tal-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-Sorveljant Ewlieni għandu jikkonsulta mal-JON.
|
|
Artikolu 39 2
|
2. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mis-Sorveljant Ewlieni biex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandu jkollhom is-setgħa li:
|
(a)
|
jidħlu fi kwalunkwe tali bini, art jew proprjetà tan-negozju; u
|
|
(b)
|
jissiġillaw kwalunkwe tali bini tan-negozju, kotba jew rekords, sal-punt meħtieġ u sakemm iddum l-ispezzjoni.
|
L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mis-Sorveljant Ewlieni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni, u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6) fejn ir-rappreżentanti tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT ikkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni.
|
|
Artikolu 39 3
|
3. Fi żmien xieraq qabel il-bidu tal-ispezzjoni, is-Sorveljant Ewlieni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-entitajiet finanzjarji li jużaw dak il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
Artikolu 39 4
|
4. L-ispezzjonijiet għandhom ikopru l-firxa sħiħa ta’ sistemi, networks, apparat, informazzjoni u data rilevanti tal-ICT li jintużaw jew jikkontribwixxu għall-forniment ta’ servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji.
|
|
Artikolu 39 5
|
5. Qabel kwalunkwe spezzjoni ppjanata fuq il-post, is-Sorveljant Ewlieni għandu jagħti avviż raġonevoli lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, sakemm tali avviż ma jkunx possibbli minħabba sitwazzjoni ta’ emerġenza jew kriżi, jew jekk dan iwassal għal sitwazzjoni fejn l-ispezzjoni jew l-awditu ma jibqax effettiv.
|
|
Artikolu 39 6
|
6. Il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għandu jissottometti għall-ispezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tas-Sorveljant Ewlieni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni, tistabbilixxi d-data ta’ meta l-ispezzjoni għandha tibda’ u għandha tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6), ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
|
|
Artikolu 39 7
|
7. Fejn l-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mis-Sorveljant Ewlieni jsibu li fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jopponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, is-Sorveljant Ewlieni għandu jinforma lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT dwar il-konsegwenzi ta’ tali oppożizzjoni, inkluż il-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji rilevanti jeżiġu li entitajiet finanzjarji jtemmu l-arranġamenti kuntrattwali konklużi ma’ dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|