|
+Artikolu 45 1. |
Artikolu 45 1.Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika b’li ġej:
(a)
kwalunkwe ċertifikat tal-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika tal-Unjoni, kwalunkwe suppliment għal dawk iċ-ċertifikati, u kwalunkwe approvazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità maħruġa f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness VII;
(b)
kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat tal-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika tal-Unjoni jew approvazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità maħruġa f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness VII;
(c)
kull ċirkostanza li taffettwa l-kamp ta’ applikazzjoni tan-notifika jew l-kundizzjonijiet tagħha;
(d)
kwalunkwe talba għal informazzjoni li jkunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità;
(e)
meta mitluba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettqa fil-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra mwettqa, inkluż attivitajiet transfruntieri u sottokuntrattar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|