+Artikolu 45 Obbligi tal-informazzjoni tal-korpi notifikati
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
|
Artikolu 45 Obbligi tal-informazzjoni tal-korpi notifikati
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
Il-korpi notifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika b’li ġej:
(a)
kwalunkwe ċertifikat tal-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika tal-Unjoni, kwalunkwe suppliment għal dawk iċ-ċertifikati, u kwalunkwe approvazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità maħruġa f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness VII;
(b)
kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat tal-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika tal-Unjoni jew approvazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità maħruġa f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness VII;
(c)
kull ċirkostanza li taffettwa l-kamp ta’ applikazzjoni tan-notifika jew l-kundizzjonijiet tagħha;
(d)
kwalunkwe talba għal informazzjoni li jkunu rċevew mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità;
(e)
meta mitluba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettqa fil-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra mwettqa, inkluż attivitajiet transfruntieri u sottokuntrattar.
|
|
Artikolu 45 2.
|
Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar:
(a)
approvazzjonijiet tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira, u, meta jintalab, dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li jkun ħareġ;
(b)
ċertifikati ta’ valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika tal-Unjoni jew kwalunkwe suppliment għalihom li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew irrestrinġa b’xi mod ieħor, u, fuq talba, ċertifikati u/jew supplimenti tagħhom li jkun ħareġ.
|
|
Artikolu 45 3.
|
Kull korp notifikat għandu jipprovdi lill-korpi notifikati l-oħra li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess tipi ta’ sistemi tal-IA bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati ma’ riżultati ta’ valutazzjoni tal-konformità negattivi u, fuq talba, dawk pożittivi.
|
|
Artikolu 45 4.
|
’Il-korpi notifikati għandhom jissalvagwardaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li huma jiksbu, f’konformità mal-Artikolu 78.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|