7. Fejn l-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mis-Sorveljant Ewlieni jsibu li fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jopponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, is-Sorveljant Ewlieni għandu jinforma lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT dwar il-konsegwenzi ta’ tali oppożizzjoni, inkluż il-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji rilevanti jeżiġu li entitajiet finanzjarji jtemmu l-arranġamenti kuntrattwali konklużi ma’ dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.