+Artikolu 40 Sorveljanza kontinwa
---+Artikolu 40 1
---+Artikolu 40 2
---+Artikolu 40 3
---+Artikolu 40 4

Artikolu 40 Sorveljanza kontinwa

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1

1.   Meta jwettaq attivitajiet ta’ sorveljanza, b’mod partikolari investigazzjonijiet ġenerali jew spezzjonijiet, is-Sorveljant Ewlieni għandu jkun assistit minn tim konġunt tal-eżaminazzjoni stabbilit għal kull fornitur terz kritiku ta’ servizz tal-ICT.

Artikolu 40 2

2.   It-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun magħmul minn membri tal-persunal minn:

(a)

l-ASE;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jissorveljaw l-entitajiet finanzjarji li lilhom il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi servizzi tal-ICT;

(c)

l-awtorità kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 32(4), il-punt (e), fuq bażi volontarja;

(d)

awtorità kompetenti nazzjonali waħda mill-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, fuq bażi volontarja.

Il-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandu jkollhom għarfien espert f’materji tal-ICT u fir-riskju operazzjonali. It-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandu jaħdem taħt il-koordinazzjoni ta’ membru tal-persunal iddeżinjat mis- Sorveljant Ewlieni (il-“koordinatur tas-Sorveljant Ewlieni”).

Artikolu 40 3

3.   Fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta’ investigazzjoni jew spezzjoni, is-Sorveljant Ewlieni, wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Sorveljanza, għandu jadotta rakkomandazzjonijiet li jiġu indirizzati lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT skont is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 35.

Artikolu 40 4

4.   Ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT u lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji li lilhom jipprovdi s-servizzi tal-ICT.

Għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza, is-Sorveljant Ewlieni jista’ jqis kwalunkwe ċertifikazzjoni terza rilevanti u rapporti tal-awditjar interni jew esterni tal-partijiet terzi tal-ICT li jkunu disponibbli mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit