+Artikolu 40 2

Artikolu 40 2

2.   It-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun magħmul minn membri tal-persunal minn:

(a)

l-ASE;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jissorveljaw l-entitajiet finanzjarji li lilhom il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi servizzi tal-ICT;

(c)

l-awtorità kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 32(4), il-punt (e), fuq bażi volontarja;

(d)

awtorità kompetenti nazzjonali waħda mill-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, fuq bażi volontarja.

Il-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandu jkollhom għarfien espert f’materji tal-ICT u fir-riskju operazzjonali. It-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandu jaħdem taħt il-koordinazzjoni ta’ membru tal-persunal iddeżinjat mis- Sorveljant Ewlieni (il-“koordinatur tas-Sorveljant Ewlieni”).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit