+Artikolu 41 1
|
Artikolu 41 1
1. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw:
|
(a)
|
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fl-applikazzjoni għal talba volontarja li jiġi ddeżinjat bħala kritiku skont l-Artikolu 31(11);
|
|
(b)
|
il-kontenut, l-istruttura u l-format tal- informazzjoni li għandha tintbagħat, tiġi divulgata jew rappurtata mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT skont l-Artikolu 35(1), inkluż il-mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar arranġamenti ta’ sottokuntrattar;
|
|
(c)
|
il-kriterji għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni li jiżguraw parteċipazzjoni bilanċjata tal-membri tal-persunal mill-ASE u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, id-deżinjazzjoni, il-kompiti u l-arranġamenti ta’ ħidma tagħhom.
|
|
(d)
|
id-dettalji tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-miżuri meħuda minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni skont l-Artikolu 42(3).
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|