+Artikolu 75 2a.

Artikolu 75 2a.

Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ikollha raġunijiet fondati sew u suffiċjenti biex tissuspetta li fornitur jew implimentatur ta’ sistema tal-IA msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun kiser dan ir-Regolament, hija tista’ titlob, permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt rilevanti ddeżinjat f’konformità mal-Artikolu 70(2), lill-Uffiċċju għall-IA jivvaluta l-kwistjoni sabiex jieħu l-miżuri superviżorji u ta’ infurzar meħtieġa biex jiżgura konformità fil-pront ma’ dan ir-Regolament. Tali talba għandha tkun debitament motivata u għandha mill-inqas tinkludi:

(a) 

isem il-fornitur jew l-implimentatur ikkonċernat;

(b) 

deskrizzjoni tal-fatti rilevanti, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li allegatament inkisru, u kwalunkwe raġuni fondata sew u suffiċjenti biex jiġi ssuspettat ksur, inkluż, fejn applikabbli, id-deskrizzjoni tal-effetti negattivi tal-ksur allegat;

(c) 

l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li tagħmel it-talba.

L-Uffiċċju għall-IA għandu jqis bis-sħiħ it-talba u l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tikkoopera b’mod attiv u tipprovdi lill-Uffiċċju għall-IA l-assistenza meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f’konformità mal-paragrafu 1a.

L-Uffiċċju għall-IA għandu, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erba’ xhur wara li jirċievi t-talba, jinforma lill-punt uniku ta’ kuntatt bl-intenzjoni tiegħu li jeżerċita s-setgħat tiegħu f’konformità mal-Artikolu 75a jew bir-raġunijiet tiegħu talli ma eżerċitax is-setgħat tiegħu. Jekk l-Uffiċċju għall-IA jiddeċiedi li jeżerċita s-setgħat tiegħu f’konformità mal-Artikolu 75a, huwa għandu jinforma perjodikament lil dak il-punt uniku ta’ kuntatt dwar żviluppi ewlenin fil-proċedimenti u l-eżitu ta’ tali proċedimenti, mingħajr ma jiżvela l-ebda informazzjoni kunfidenzjali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit