+Artikolu 75 Sorveljanza tas-suq u kontroll tas-sistemi tal-IA u assistenza reċiproka
---+Artikolu 75 1.
---+Artikolu 75 1a.
---+Artikolu 75 1b.
---+Artikolu 75 1c.
---+Artikolu 75 1d.
---+Artikolu 75 1e.
---+Artikolu 75 2.
---+Artikolu 75 2a.
---+Artikolu 75 3.

Artikolu 75 Sorveljanza tas-suq u kontroll tas-sistemi tal-IA u assistenza reċiproka

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 75 1.

L-Uffiċċju għall-IA għandu jkun esklużivament kompetenti għas-superviżjoni u l-infurzar tal-obbligi skont dan ir-Regolament fir-rigward tas-sistemi tal-IA li ġejjin:

(a) 

sistemi tal-IA bbażati fuq mudelli tal-IA bi skop ġenerali fejn il-mudell u s-sistema jiġu żviluppati mill-istess fornitur, jew minn fornituri li jiffurmaw parti mill-istess impriża bħal dak il-fornitur, bl-eċċezzjoni ta’:

(i) 

sistemi tal-IA relatati ma’ prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I;

(ii) 

sistemi tal-IA msemmija fil-punt 2 tal-Anness III;

(iii) 

sistemi tal-IA pprovduti mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, mill-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri u mill-istituzzjonijiet finanzjarji, sa fejn dawk is-sistemi tal-IA jaqgħu taħt l-Artikolu 74(6); u

(iv) 

sistemi tal-IA msemmija fil-punt 8 tal-Anness III fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja;

(b) 

sistemi tal-IA li jikkostitwixxu jew li huma integrati fi pjattaforma online kbira ħafna jew f’magna tat-tiftix online kbira ħafna ddeżinjati f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2065.

Il-kompetenza esklużiva msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika għall-fornituri ta’ dawk is-sistemi. Għandha tapplika għall-implimentaturi ta’ dawk is-sistemi biss meta jkunu wkoll il-fornitur jew jiffurmaw parti mill-istess impriża bħall-fornitur.

Artikolu 75 1a.
B’deroga mill-Artikolu 73, il-fornituri ta’ sistemi tal-IA b’riskju għoli soġġetti għall-kompetenza tal-Uffiċċju għall-IA skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jirrapportaw kwalunkwe inċident serju lill-Uffiċċju għall-IA. L-Artikolu 73 (2) sa (9), għandhom japplikaw mutatis mutandis. L-Uffiċċju għall-IA għandu jibgħat minnufih l-informazzjoni rilevanti lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab il-fornitur jew ir-rappreżentant legali tiegħu.
Artikolu 75 1b.
L-awtoritajiet involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkooperaw b’mod attiv mal-Uffiċċju għall-IA u jipprovdu lill-Uffiċċju għall-IA l-assistenza meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, inkluż, fejn meħtieġ, b’rabta ma’ spezzjonijiet jew miżuri oħra ta’ infurzar imwettqa fit-territorju ta’ Stat Membru. Għal dak l-għan, dawk l-awtoritajiet għandhom igawdu s-setgħat previsti skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2019/1020, u fejn rilevanti u limitat għal dak li huwa meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan il-paragrafu, f’konformità mal-proċeduri nazzjonali applikabbli.
Artikolu 75 1c.
Meta jieħu azzjoni investigattiva jew ta’ infurzar fit-territorju ta’ Stat Membru li tinvolvi aċċess għad-data jew għas-sistema tal-IA ta’ awtorità pubblika, l-Uffiċċju għall-IA għandu jiġi assistit mill-awtorità rilevanti tas-sorveljanza tas-suq.
Artikolu 75 1d.
Qabel ma jieħu deċiżjoni li jkollha l-effett li tipprojbixxi jew tirrestrinġi s-sistema tal-IA milli ssir disponibbli jew titqiegħed fis-servizz f’suq nazzjonali, jew deċiżjoni li jirtira jew isejjaħ lura s-sistema tal-IA minn tali suq, l-Uffiċċju għall-IA għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq kompetenti għal dak is-suq bl-intenzjoni tiegħu li jieħu tali deċiżjoni. L-Uffiċċju għall-IA għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fejn xieraq, dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 75 1e.
L-Uffiċċju għall-IA għandu jkun responsabbli għall-valutazzjonijiet u t-testijiet tal-konformità tas-sistemi tal-IA msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li huma klassifikati bħala ta’ riskju għoli u soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità minn parti terza skont l-Artikolu 43 qabel tali sistemi tal-IA jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz. Dawk it-testijiet u l-valutazzjonijiet għandhom jivverifikaw li s-sistemi jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament u jistgħu jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tafda t-twettiq ta’ dawk it-testijiet jew il-valutazzjonijiet f’idejn il-korpi notifikati ddeżinjati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, f’liema każ il-korp notifikat għandu jaġixxi f’isem il-Kummissjoni. Jekk korp notifikat li lilu l-Kummissjoni tkun iddelegat kompiti skont dan il-paragrafu ma jwettaqx dawk il-kompiti b’mod adegwat, il-Kummissjoni tista’ tirtira d-delega b’effett immedjat.

It-tariffi għall-attivitajiet tal-ittestjar u l-valutazzjoni għandhom jiġu imposti fuq il-fornitur tas-sistema tal-IA b’riskju għoli li jkun applika għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ parti terza lill-Kummissjoni. Il-kostijiet relatati mas-servizzi fdati mill-Kummissjoni lill-korpi notifikati f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitħallsu direttament mill-fornitur lill-korpi notifikat.

Artikolu 75 2.
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti jkollhom raġuni suffiċjenti biex iqisu li s-sistemi tal-IA bi skop ġenerali li jistgħu jintużaw direttament mill-implimentaturi għal mill-inqas skop wieħed li jkun ikklassifikat bħala b'riskju għoli skont dan ir-Regolament bħala mhux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, huma għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju għall-IA biex iwettqu evalwazzjoni tal-konformità, u għandhom jinfurmaw lill-Bord u lill-awtoritajiet l-oħra tas-sorveljanza tas-suq kif xieraq.
Artikolu 75 2a.

Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ikollha raġunijiet fondati sew u suffiċjenti biex tissuspetta li fornitur jew implimentatur ta’ sistema tal-IA msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun kiser dan ir-Regolament, hija tista’ titlob, permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt rilevanti ddeżinjat f’konformità mal-Artikolu 70(2), lill-Uffiċċju għall-IA jivvaluta l-kwistjoni sabiex jieħu l-miżuri superviżorji u ta’ infurzar meħtieġa biex jiżgura konformità fil-pront ma’ dan ir-Regolament. Tali talba għandha tkun debitament motivata u għandha mill-inqas tinkludi:

(a) 

isem il-fornitur jew l-implimentatur ikkonċernat;

(b) 

deskrizzjoni tal-fatti rilevanti, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li allegatament inkisru, u kwalunkwe raġuni fondata sew u suffiċjenti biex jiġi ssuspettat ksur, inkluż, fejn applikabbli, id-deskrizzjoni tal-effetti negattivi tal-ksur allegat;

(c) 

l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li tagħmel it-talba.

L-Uffiċċju għall-IA għandu jqis bis-sħiħ it-talba u l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tikkoopera b’mod attiv u tipprovdi lill-Uffiċċju għall-IA l-assistenza meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f’konformità mal-paragrafu 1a.

L-Uffiċċju għall-IA għandu, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erba’ xhur wara li jirċievi t-talba, jinforma lill-punt uniku ta’ kuntatt bl-intenzjoni tiegħu li jeżerċita s-setgħat tiegħu f’konformità mal-Artikolu 75a jew bir-raġunijiet tiegħu talli ma eżerċitax is-setgħat tiegħu. Jekk l-Uffiċċju għall-IA jiddeċiedi li jeżerċita s-setgħat tiegħu f’konformità mal-Artikolu 75a, huwa għandu jinforma perjodikament lil dak il-punt uniku ta’ kuntatt dwar żviluppi ewlenin fil-proċedimenti u l-eżitu ta’ tali proċedimenti, mingħajr ma jiżvela l-ebda informazzjoni kunfidenzjali.

Artikolu 75 3.
Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ma tkunx tista' tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha dwar is-sistema tal-IA b'riskju għoli minħabba li ma jkunx irnexxielha taċċessa ċerta informazzjoni relatata mal-mudell tal-IA bi skop ġenerali minkejja li tkun għamlet l-isforzi xierqa kollha biex tikseb dik l-informazzjoni, hija tista' tippreżenta talba motivata lill-Uffiċċju għall-IA, li biha l-aċċess għal dik l-informazzjoni għandu jiġi infurzat. F'dak il-każ, l-Uffiċċju għall-IA għandu jforni lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum, kwalunkwe informazzjoni li l-Uffiċċju għall-IA jqis li tkun rilevanti biex jistabbilixxi jekk sistema tal-IA b'riskju għoli tkunx konformi. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li huma jiksbu f'konformità mal-Artikolu 78 ta' dan ir-Regolament. Il-proċedura prevista fil-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandha tapplika mutatis mutandis.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit