|
+Artikolu 79 6. |
Artikolu 79 6.In-notifika msemmija fil-paragrafu 5 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b’mod partikolari l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-sistema tal-IA mhux konformi, l-oriġini tas-sistema tal-IA u l-katina tal-provvista, in-natura tan-nonkonformità allegata u tar-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nonkonformità tkunx dovuta għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
nonkonformità mal-projbizzjoni tal-prattiki tal-IA msemmija fl-Artikolu 5;
(b)
nuqqas tas-sistema tal-IA b’riskju għoli li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2;
(c)
nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikoli 40 u 41 li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità;
(d)
nonkonformità mal-Artikolu 50. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|