2. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jissottomettu kull ħames snin rapport kunfidenzjali konġunt lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tad-diskussjonijiet rilevanti li jsiru mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1, li jiffoka fuq l-evoluzzjoni tar-riskju ta’ partijiet terzi tal-ICT u l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, għall-integrità tas-suq, għall-protezzjoni tal-investituri u għall-funzjonament tas-suq intern.