+Artikolu 96 1.

Artikolu 96 1.

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida dwar l-implimentazzjoni prattika ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari dwar:

▼M1

(a) 

l-applikazzjoni tar-rekwiżiti u l-obbligi msemmija fl-Artikoli 8 sa 15 u fl-Artikoli 25 u 26;

▼B

(b) 

il-prattiki pprojbiti msemmija fl-Artikolu 5;

(c) 

l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet relatati ma' modifika sostanzjali;

(d) 

l-implimentazzjoni prattika tal-obbligi ta' trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 50;

(e) 

informazzjoni dettaljata dwar ir-relazzjoni ta' dan ir-Regolament mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I, kif ukoll ma' liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-konsistenza fl-infurzar tagħhom;

(f) 

l-applikazzjoni tad-definizzjoni ta' sistema tal-IA kif stipulat fl-Artikolu 3, il-punt (1);

▼M1

(g) 

l-implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(10) u l-Artikolu 17(3) f’konformità mal-prinċipju tal-komplementarjetà u l-proporzjonalità, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza, tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu minimizzati l-piżijiet addizzjonali meta titwettaq konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I; tali linji gwida għandhom jiġu ppubblikati sal-1 ta’ Awwissu 2027.

Meta joħorġu tali linji gwida, il-Kummissjoni għandha tinvolvi l-Bord u tagħti attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-SMEs, inkluż in-negozji ġodda, u l-SMCs, tal-awtoritajiet pubbliċi lokali u tas-setturi li aktarx jiġu affettwati minn dan ir-Regolament.

Il-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom iqisu kif xieraq l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku ġeneralment rikonoxxut dwar l-IA, kif ukoll l-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet komuni rilevanti msemmija fl-Artikoli 40 u 41, jew dawk l-istandards armonizzati jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li huma stipulati skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit