|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti relatati mal-akkuratezza u r-robustezza stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2024/1689, prodotti b’elementi diġitali li jidħlu fil-kamp ta’ dan ir-Regolament, u li huma klassifikati bħala sistemi tal-IA b’riskju kbir skont l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti maċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament meta:
(a)
dawk il-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fil-Parti I tal-Anness I;
(b)
il-proċessi stabbiliti mill-manifattur jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fil-Parti II tal-Anness I; u
(c)
il-ksib tal-livell ta’ protezzjoni taċ-ċibersigurtà meħtieġ skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2024/1689 huwa muri fid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE maħruga skont dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|