|
+Artikolu 18 3. |
Artikolu 18 3.Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun tah il-manifattur. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fuq talba. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat biex mill-anqas jagħmel dan li ġej:
(a)
iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 28 u d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 31 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal mill-anqas għaxar snin wara li l-prodott b’elementi diġitali jkun ġie introdott fis-suq jew għall-perjodu ta’ appoġġ, skont liema jkun l-itwal;
(b)
fuq talba motivata minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott b’elementi diġitali;
(c)
jikkoopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn prodott b’elementi diġitali kopert mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|