+Artikolu 51 2

Artikolu 51 2

2.   L-awtoritajiet kompetenti, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva jew miżura ta’ rimedju li għandha tiġi imposta skont l-Artikolu 50, għandhom iqisu l-punt sa fejn il-ksur ikun intenzjonat jew jirriżulta minn negliġenza, u ċ-ċirkostanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż dawn li ġejjin, fejn xieraq:

(a)

il-materjalità, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(d)

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)

it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dan ikun jista’ jiġi determinat;

(f)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksuba jew it-telf evitat minn dik il-persuna fiżika jew ġuridika;

(g)

ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit