+Artikolu 55 Segretezza professjonali
---+Artikolu 55 1
---+Artikolu 55 2
---+Artikolu 55 3
---+Artikolu 55 4

Artikolu 55 Segretezza professjonali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 55 1

1.   Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal, tiġi skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 55 2

2.   L-obbligu tas-segretezza professjonali japplika għall-persuni kollha li jaħdmu, jew li jkunu ħadmu, għall-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, jew għal kwalunkwe awtorità jew impriża tas-suq jew persuna fiżika jew ġuridika li lilha dawk l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddelegaw is-setgħat tagħhom, inkluż awdituri u esperti kkuntrattati minnhom.

Artikolu 55 3

3.   L-informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555, ma għandhomx jiġu divulgati lil xi persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stipulati mid-dritt tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 55 4

4.   L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna l-operat jew il-kondizzjonijiet operazzjonali u affarijiet ekonomiċi jew personali oħra għandha titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti tiddikjara, meta ssir il-komunikazzjoni, li tali informazzjoni tista’ tiġi divulgata jew fejn tali divulgazzjoni hija meħtieġa għal proċedimenti legali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit