1. L-ASE u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitħallew jipproċessaw data personali biss fejn dan ikun meħtieġ għall-fini li jwettqu l-obbligi u d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-investigazzjoni, l-ispezzjoni, it-talba għal informazzjoni, il-komunikazzjoni, il-pubblikazzjoni, l-evalwazzjoni, il-verifika, il-valutazzjoni u l-abbozzar ta’ pjanijiet ta’ sorveljanza. Id-data personali għandha tiġi proċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 jew mar-Regolament (UE) 2018/1725, skont liema wieħed ikun applikabbli.