►C1
L-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir abbażi ta’ rekwiżiti approvati mill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56 jew mill-Bord skont l-Artikolu 63.
◄ Fil-każ ta' akkreditazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dawk ir-rekwiżiti għandhom jikkomplementaw dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u r-regoli tekniċi li jiddeskrivu l-metodi u l-proċeduri tal-korpi ta' ċertifikazzjoni.