+Artikolu 36 1.

Artikolu 36 1.

L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu dan li ġej mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1:

(a) 

telf għas-sena finanzjarja kurrenti;

▼M8

(b) 

assi intanġibbli bl-eċċezzjoni ta' assi ta' software valutati b'mod prudenti li l-valur tagħhom ma jkunx affettwat b'mod negattiv mir-riżoluzzjoni, l-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

▼B

(c) 

assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura;

▼M17

(d) 

għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju bl-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (l-Approċċ IRB), in-nuqqas tal-IRB fejn applikabbli, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 159;

▼B

(e) 

assi ta’ fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni;

(f) 

istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji li għalihom l-iskoperturi għall-holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, inklużi strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 li istituzzjoni jkollha obbligu reali jew kontinġenti li tixtri fuq il-bażi ta’ obbligu kuntrattwali eżistenti;

(g) 

holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet ikollhom holding inkroċjata reċiproka mal-istituzzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li kienet iddisinjata biex tkabbar artifiċjalment il-fondi proprji tal-istituzzjoni;

(h) 

l-ammont applikabbli tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;

(i) 

l-ammont applikabbli tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;

▼C3

(j) 

l-ammont tal-elementi meħtieġ li jitnaqqas mill-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikolu 56 li jeċċedi l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni;

▼B

(k) 

l-ammont tal-iskopertura tal-elementi li ġejjin li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta’ 1 250  %, meta l-istituzzjoni tnaqqas dak l-ammont tal-iskopertura mill-ammont tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta' piż tar-riskju ta’ 1 250  %:

(i) 

holdings kwalifikattivi 'l barra mis-settur finanzjarju;

▼M5

(ii) 

pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, skont il-punt (b) tal-Artikolu 244(1), il-punt (b) tal-Artikolu 245(1) u l-Artikolu 253;

▼B

(iii) 

konsenji ħielsa, skont l-Artikolu 379(3);

(iv) 
pożizzjonijiet f’basket li għalihom istituzzjoni ma tistax tistabilixxi l-piż tar-riskju skont l-Approċċ IRB, f'konformità mal-Artikolu 153(8)

▼M17

;

▼M17 —————

▼M17

(vi) 

skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU li jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 1 250  % f'konformità mal-Artikolu 132(2), it-tieni subparagrafu.

▼B

(l) 

kwalunkwe imposta tat-taxxa relatat mal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 prevista fil-waqt tal-kalkolu tagħha, ħlief meta l-istituzzjoni b’mod adatt taġġusta l-ammont ta’ elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 sakemm tali imposti tat-taxxa jnaqqsu l-ammont li għalih jistgħu jiġu użati dawk l-elementi biex ikunu koperti r-riskji u t-telf;

▼M7

(m) 

l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivi;

▼M8

(n) 

għal impenn ta' valur minimu msemmi fl-Artikolu 132c(2), kull ammont li bih il-valur attwali tas-suq tal-unitajiet jew l-ishma f'CIUs sottostanti l-impenn ta' valur minimu huwa inqas mill-valur preżenti tal-impenn ta' valur minimu u li għalih l-istituzzjoni ma tkunx diġà rrikonoxxiet tnaqqis tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit