+Artikolu 36 Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.
|
Artikolu 36 Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu dan li ġej mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1:
(a)
telf għas-sena finanzjarja kurrenti;
▼M8
(b)
assi intanġibbli bl-eċċezzjoni ta' assi ta' software valutati b'mod prudenti li l-valur tagħhom ma jkunx affettwat b'mod negattiv mir-riżoluzzjoni, l-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;
▼B
(c)
assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura;
▼M17
(d)
għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju bl-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (l-Approċċ IRB), in-nuqqas tal-IRB fejn applikabbli, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 159;
▼B
(e)
assi ta’ fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni;
(f)
istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji li għalihom l-iskoperturi għall-holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, inklużi strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 li istituzzjoni jkollha obbligu reali jew kontinġenti li tixtri fuq il-bażi ta’ obbligu kuntrattwali eżistenti;
(g)
holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet ikollhom holding inkroċjata reċiproka mal-istituzzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li kienet iddisinjata biex tkabbar artifiċjalment il-fondi proprji tal-istituzzjoni;
(h)
l-ammont applikabbli tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;
(i)
l-ammont applikabbli tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;
▼C3
(j)
l-ammont tal-elementi meħtieġ li jitnaqqas mill-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikolu 56 li jeċċedi l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni;
▼B
(k)
l-ammont tal-iskopertura tal-elementi li ġejjin li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta’ 1 250 %, meta l-istituzzjoni tnaqqas dak l-ammont tal-iskopertura mill-ammont tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta' piż tar-riskju ta’ 1 250 %:
(i)
holdings kwalifikattivi 'l barra mis-settur finanzjarju;
▼M5
(ii)
pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, skont il-punt (b) tal-Artikolu 244(1), il-punt (b) tal-Artikolu 245(1) u l-Artikolu 253;
▼B
(iii)
konsenji ħielsa, skont l-Artikolu 379(3);
(iv)
pożizzjonijiet f’basket li għalihom istituzzjoni ma tistax tistabilixxi l-piż tar-riskju skont l-Approċċ IRB, f'konformità mal-Artikolu 153(8)
▼M17
;
▼M17 —————
▼M17
(vi)
skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU li jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 1 250 % f'konformità mal-Artikolu 132(2), it-tieni subparagrafu.
▼B
(l)
kwalunkwe imposta tat-taxxa relatat mal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 prevista fil-waqt tal-kalkolu tagħha, ħlief meta l-istituzzjoni b’mod adatt taġġusta l-ammont ta’ elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 sakemm tali imposti tat-taxxa jnaqqsu l-ammont li għalih jistgħu jiġu użati dawk l-elementi biex ikunu koperti r-riskji u t-telf;
▼M7
(m)
l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivi;
▼M8
(n)
għal impenn ta' valur minimu msemmi fl-Artikolu 132c(2), kull ammont li bih il-valur attwali tas-suq tal-unitajiet jew l-ishma f'CIUs sottostanti l-impenn ta' valur minimu huwa inqas mill-valur preżenti tal-impenn ta' valur minimu u li għalih l-istituzzjoni ma tkunx diġà rrikonoxxiet tnaqqis tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.
▼B
|
|
Artikolu 36 2.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punti (a), (c), (e), (f), (h), (i) u (l) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tnaqqis relatat imsemmi fil-punti (a), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 56 u l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 66. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 36 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi ta’ strumenti ta' kapital ta' istituzzjonijiet finanzjarji u, f'konsultazzjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010
(
27
), ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta’ pajjizi terzi, u ta' impriżi esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva li għandhom jitnaqqsu mill-elementi ta’ fondi proprji li ġejjin:
(a)
Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;
(b)
Elementi ta’ Addizzjonali ta' Grad 1;
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 36 4.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, inkluż il-materjalità ta' effetti negattivi fuq il-valur li ma tikkawżax tħassib prudenzjali. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 36 5.
|
Għall-iskop uniku tal-kalkolu tal-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivif'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (m), ta' dan l-Artikolu, b'deroga mill-Artikolu 47c wara li l-awtorità kompetenti tiġi nnotifikata, l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivi mixtrija minn ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat għandu jkun żero. Id-deroga stabbilita f'dan is-subparagrafu għandha tapplika fuq bażi individwali u, fil-każ ta' gruppi li fihom l-istituzzjonijiet kollha jikkwalifikaw bħala ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn, fuq bażi konsolidata. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “ristrutturar speċjalizzat tad-dejn” tfisser istituzzjoni li, matul is-sena finanzjarja preċedenti, ikkonformat mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata:
(a)
l-attività ewlenija tal-istituzzjoni hija x-xiri, il-ġestjoni u r-ristrutturar ta' skoperturi improduttivi f'konformità mal-proċess ta' deċiżjoni intern ċar u effettiv implimentat mill-korp maniġerjali tagħha;
(b)
il-valur kontabilistiku mkejjel mingħajr ma jitqies kwalunkwe aġġustament għar-riskju ta' kreditu tas-self oriġinat tagħha stess ma jaqbiżx 15 % tal-assi totali tagħha;
(c)
mill-inqas 5 % tal-valur kontabilistiku mkejjel mingħajr ma jitqies kwalunkwe aġġustament għar-riskju ta' kreditu tas-self oriġinat tiegħu stess jikkostitwixxi rifinanzjament totali jew parzjali, jew l-aġġustament tat-termini rilevanti, tal-iskoperturi improduttivi mixtrija li jikkwalifikaw bħala miżura ta' trażżin f'konformità mal-Artikolu 47b;
(d)
il-valur totali tal-assi tal-istituzzjoni ma jaqbiżx l-EUR 20 biljun;
(e)
l-istituzzjoni żżomm, fuq bażi kontinwa, proporzjon ta' finanzjament stabbli nett ta' mill-inqas 130 %;
(f)
id-depożiti ta' domanda tal-istituzzjoni ma jaqbżux il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni.
Ir-ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien, jekk waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ma jibqgħux issodisfatti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA tal-inqas kull sena dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu mill-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom. L-EBA għandha tistabbilixxi, iżżomm, u tippubblika lista ta' ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn. L-EBA għandha timmonitorja l-attività tar-ristrutturaturi speċjalizzati tad-dejn u għandha tirrapporta sal-31 ta' Diċembru 2028, lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' tali monitoraġġ u, fejn xieraq, għandha tagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala “ristrutturatur tad-dejn speċjalizzat” humiex ibbażati biżżejjed fuq ir-riskju u xierqa bil-ħsieb li jiffavorixxu s-suq sekondarju għal self improduttiv, u tivvaluta jekk humiex meħtieġa kundizzjonijiet addizzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|