|
+Artikolu 36 3. |
Artikolu 36 3.L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi ta’ strumenti ta' kapital ta' istituzzjonijiet finanzjarji u, f'konsultazzjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 ( 27 ), ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta’ pajjizi terzi, u ta' impriżi esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva li għandhom jitnaqqsu mill-elementi ta’ fondi proprji li ġejjin:
(a)
Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;
(b)
Elementi ta’ Addizzjonali ta' Grad 1;
(c)
Elementi ta’ Grad 2. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|