|
+Artikolu 47b 2. |
Artikolu 47b 2.Tal-anqas is-sitwazzjonijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala miżuri ta' tolleranza:
(a)
termini kuntrattwali ġodda aktar favorevoli għad-debitur mit-termini kuntrattwali ta' qabel, fejn id-debitur qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;
(b)
termini kuntrattwali ġodda aktar favorevoli mit-termini kuntrattwali offruti mill-istess istituzzjoni lil debituri bi profil ta' riskju simili f'dak iż-żmien, fejn id-debitur qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;
(c)
l-iskopertura taħt it-termini kuntrattwali inizjali tkun ġiet klassifikata bħala improduttiva qabel il-modifika għat-termini kuntrattwali jew li kieku kienet tiġi klassifikata bħala improduttiva fin-nuqqas ta' modifika fit-termini kuntrattwali;
(d)
il-miżura tirriżulta fi tħassir totali jew parzjali tal-obbligu tad-dejn;
(e)
l-istituzzjoni tapprova l-eżerċizzju ta' klawżoli li jippermettu lid-debitur li jimmodifika t-termini tal-kuntratt u l-iskopertura kienet klassifikata bħala improduttiva qabel l-eżerċizzju ta' dawk il-klawżoli, jew kienet tiġi klassifikata bħala improduttiva li kieku ma ġewx eżerċitati dawk il-klawżoli;
(f)
meta jew qrib iż-żmien meta ngħata d-dejn, id-debitur ikun għamel pagamenti ta' kapital jew interessi fuq obbligu ta' dejn ieħor mal-istess istituzzjoni, li kien klassifikat bħala skopertura improduttiva jew li kieku kien jiġi klassifikat bħala improduttiv fin-nuqqas ta' dawk il-pagamenti;
(g)
il-modifika għat-termini kuntrattwali tinvolvi ripagamenti magħmula permezz tat-teħid f'pussess ta' kollateral, fejn tali modifika tikkostitwixxi konċessjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|