+Artikolu 47b Miżuri ta' tolleranza
---+Artikolu 47b 1.
---+Artikolu 47b 2.
---+Artikolu 47b 3.
---+Artikolu 47b 4.
|
Artikolu 47b Miżuri ta' tolleranza
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47b 1.
|
Miżura ta' tolleranza hija konċessjoni minn istituzzjoni lejn debitur li jkun qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. Konċessjoni tista' tinvolvi telf għas-sellief u għandha tirreferi għal xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
(a)
modifika tat-termini u l-kondizzjonijiet ta' obbligu ta' dejn, fejn tali modifika ma kinitx tingħata li kieku d-debitur ma esperjenzax diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;
(b)
rifinanzjament totali jew parzjali ta' obbligu tad-dejn, fejn tali rifinanzjament ma kienx jingħata li kieku d-debitur ma esperjenzax diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu.
|
|
Artikolu 47b 2.
|
Tal-anqas is-sitwazzjonijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala miżuri ta' tolleranza:
(a)
termini kuntrattwali ġodda aktar favorevoli għad-debitur mit-termini kuntrattwali ta' qabel, fejn id-debitur qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;
(b)
termini kuntrattwali ġodda aktar favorevoli mit-termini kuntrattwali offruti mill-istess istituzzjoni lil debituri bi profil ta' riskju simili f'dak iż-żmien, fejn id-debitur qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;
(c)
l-iskopertura taħt it-termini kuntrattwali inizjali tkun ġiet klassifikata bħala improduttiva qabel il-modifika għat-termini kuntrattwali jew li kieku kienet tiġi klassifikata bħala improduttiva fin-nuqqas ta' modifika fit-termini kuntrattwali;
(d)
il-miżura tirriżulta fi tħassir totali jew parzjali tal-obbligu tad-dejn;
(e)
l-istituzzjoni tapprova l-eżerċizzju ta' klawżoli li jippermettu lid-debitur li jimmodifika t-termini tal-kuntratt u l-iskopertura kienet klassifikata bħala improduttiva qabel l-eżerċizzju ta' dawk il-klawżoli, jew kienet tiġi klassifikata bħala improduttiva li kieku ma ġewx eżerċitati dawk il-klawżoli;
(f)
meta jew qrib iż-żmien meta ngħata d-dejn, id-debitur ikun għamel pagamenti ta' kapital jew interessi fuq obbligu ta' dejn ieħor mal-istess istituzzjoni, li kien klassifikat bħala skopertura improduttiva jew li kieku kien jiġi klassifikat bħala improduttiv fin-nuqqas ta' dawk il-pagamenti;
(g)
il-modifika għat-termini kuntrattwali tinvolvi ripagamenti magħmula permezz tat-teħid f'pussess ta' kollateral, fejn tali modifika tikkostitwixxi konċessjoni.
|
|
Artikolu 47b 3.
|
Iċ-ċirkostanzi li ġejjin huma indikaturi li setgħu ġew adottati miżuri ta' tolleranza:
(a)
il-kuntratt inizjali ikun qabeż id-data tal-għeluq b'aktar minn 30 jum mill-inqas darba matul it-tliet xhur qabel il-modifika tiegħu jew ikun qabeż id-data tal-għeluq b'aktar minn 30 jum bla modifika;
(b)
fiż-żmien jew qrib iż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim dwar il-kreditu, id-debitur ikun għamel pagament ta' kapital jew ta' imgħax fuq obbligazzjoni ta' dejn oħra mal-istess istituzzjoni li kien qabeż id-data tal-għeluq bi 30 jum tal-anqas darba matul it-tliet xhur ta' qabel l-għoti ta' dejn ġdid;
(c)
l-istituzzjoni tapprova l-eżerċizzju ta' klawżoli li jippermettu lid-debitur li jbiddel it-termini tal-kuntratt, u l-iskopertura tkun qabżet id-data tal-għeluq bi 30 jum jew kienet taqbeż id-data tal-għeluq bi 30 jum li kieku ma ġewx eżerċitati dawk il-klawżoli.
|
|
Artikolu 47b 4.
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-diffikultajiet esperjenzati minn debitur biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu għandhom jiġu vvalutati fil-livell tad-debitur, b'kunsiderazzjoni tal-entitajiet legali kollha fil-grupp tad-debitur li huma inklużi fil-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà tal-grupp, u persuni fiżiċi li jikkontrollaw il-grupp.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|