+Artikolu 70 1.

Artikolu 70 1.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 66, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu:

▼C2

(a) 

l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:

▼B

(i) 

l-Artikolu 32 sa 35;

▼M17

(ii) 

l-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii), sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n). bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;

▼B

(iii) 

l-Artikoli 44 u 45;

▼C2

(b) 

l-ammont ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit