+Artikolu 70 Tnaqqis ta’ strumenti ta’ Grad 2 meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.
---+Artikolu 70 5.
|
Artikolu 70 Tnaqqis ta’ strumenti ta’ Grad 2 meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 70 1.
|
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 66, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu:
▼C2
(a)
l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:
▼B
▼M17
(ii)
l-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii), sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n). bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;
▼B
▼C2
(b)
l-ammont ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.
▼B
|
|
Artikolu 70 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 70 3.
|
L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam f'proporzjon tul kull strument ta' Grad 2 miżmum. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas minn kull strument ta' Grad 2 li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi jiġi multiplikat l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-propozjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
(a)
ammont totali ta' holdings li jkun meħtieġ li jitnaqqas skont il-paragrafu 1;
(b)
il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentat minn kull strument ta' Grad 2 miżmum.
|
|
Artikolu 70 4.
|
L-ammont tal-holdings imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 66(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (iii) tal-paragrafu 1 m’għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-piż tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.
|
|
Artikolu 70 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Grad 2 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
(a)
l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;
(b)
il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|