+Artikolu 78 1.

Artikolu 78 1.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biex istituzzjoni tnaqqas, tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2, jew biex tnaqqas, tiddistribwixxi jew tikklassifika mill-ġdid kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a) 

qabel jew fl-istess ħin ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premium azzjonarju msemmija fl-Artikolu 77(1) bi strumenti ta' fondi proprji li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;

(b) 

l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1) ta' dan ir-Regolament, jeċċedu r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ.

Meta l-istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera b'fondi proprji li jeċċedu l-ammonti meħtieġa f'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità kompetenti tista' tagħti lil dik l-istituzzjoni permess ġenerali minn qabel biex tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet stipulati fl-Artikolu 77(1) ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjonijiet futuri bħal din tkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal perijodu speċifikat, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti. ►C8  Fil-każ ta’ strumenti ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont li bih il-kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni jeċċedi s-somma tar-rekwiżiti tal-kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni stabbiliti f’dan ir-Regolament, fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE u marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ. ◄ Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ammont totali ta' strumenti pendenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, kif applikabbli.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta l-istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit