+Artikolu 78 Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji
---+Artikolu 78 1.
---+Artikolu 78 2.
---+Artikolu 78 3.
---+Artikolu 78 4.
---+Artikolu 78 5.
|
Artikolu 78 Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 78 1.
|
L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biex istituzzjoni tnaqqas, tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2, jew biex tnaqqas, tiddistribwixxi jew tikklassifika mill-ġdid kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:
(a)
qabel jew fl-istess ħin ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premium azzjonarju msemmija fl-Artikolu 77(1) bi strumenti ta' fondi proprji li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;
(b)
l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1) ta' dan ir-Regolament, jeċċedu r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ.
Meta l-istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera b'fondi proprji li jeċċedu l-ammonti meħtieġa f'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità kompetenti tista' tagħti lil dik l-istituzzjoni permess ġenerali minn qabel biex tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet stipulati fl-Artikolu 77(1) ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjonijiet futuri bħal din tkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal perijodu speċifikat, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti.
►C8
Fil-każ ta’ strumenti ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont li bih il-kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni jeċċedi s-somma tar-rekwiżiti tal-kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni stabbiliti f’dan ir-Regolament, fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE u marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ. ◄ Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ammont totali ta' strumenti pendenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, kif applikabbli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta l-istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess.
|
|
Artikolu 78 2.
|
Meta jivvalutaw is-sostenibbiltà tal-istrumenti ta' sostituzzjoni għall-kapaċità ta' introjtu tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-grad sa fejn dawk l-istrumenti kapitali ta' sostituzzjoni jkunu aktar għalja għall-istituzzjoni milli dawk l-istrumenti kapitali jew kontijiet tal-premium azzjonarju li jissostitwixxu.
|
|
Artikolu 78 3.
|
Meta istituzzjoni tieħu azzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 77(1) u r-rifjut ta' tifdija ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 msemmija fl-Artikolu 27 ikun projbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, l-awtorità kompetenti tista' teżenta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-istituzzjoni tillimita t-tifdija ta' dawn l-istrumenti fuq bażi xierqa.
|
|
Artikolu 78 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-istituzzjonijiet li jixtru, jifdu, jħallsu lura jew jixtru mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2 jew kontijiet tal-premium azzjonarju relatati matul il-ħames snin wara d-data tal-ħruġ tagħhom meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikun hemm bidla fil-klassifika regolatorja ta' dawk l-istrumenti li tkun x'aktarx tirriżulta fl-esklużjoni tagħhom mill-fondi proprji jew fir-riklassifikazzjoni tagħhom bħala fondi proprji ta' kwalità inferjuri, u jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tali bidla hi suffiċjentement ċerta;
(ii)
l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li r-riklassifikazzjoni regolatorja ta' dawk l-istrumenti ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;
(b)
ikun hemm bidla fit-trattament applikabbli tat-taxxa ta' dawk l-istrumenti li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li tkun materjali u ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;
(c)
l-istrumenti u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati għandhom anterjorità skont l-Artikolu 494b;
(d)
qabel jew fl-istess ħin tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati msemmija fl-Artikolu 77(1) bi strumenti ta' fondi proprji li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni u l-awtorità kompetenti tkun ippermettiet dik l-azzjoni abbażi tad-determinazzjoni li tkun ta' benefiċċju mil-lat prudenzjali u ġġustifikata b'ċirkostanzi eċċezzjonali;
(e)
l-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 jinxtraw mill-ġdid għall-finijiet tal-ġenerazzjoni tas-suq.
|
|
Artikolu 78 5.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a)
it-tifsira ta' “sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni”;
(b)
il-bażijiet xierqa għal-limitazzjoni tat-tifdija msemmija fil-paragrafu 3;
(c)
il-proċess li jinkludi l-limiti u l-proċeduri għall-għoti ta' approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77(1), u r-rekwiżiti ta' data biex istituzzjoni tapplika għall-permess tal-awtorità kompetenti biex twettaq azzjoni elenkata fih, inkluż il-proċess li għandu jiġi applikat fil-każ ta' fidi ta' ishma maħruġa lil membri ta' soċjetajiet kooperattivi u l-perijodu ta' żmien għall-ipproċessar ta' tali applikazzjoni.
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|