+Artikolu 78 5.

Artikolu 78 5.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) 

it-tifsira ta' “sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni”;

(b) 

il-bażijiet xierqa għal-limitazzjoni tat-tifdija msemmija fil-paragrafu 3;

(c) 

il-proċess li jinkludi l-limiti u l-proċeduri għall-għoti ta' approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77(1), u r-rekwiżiti ta' data biex istituzzjoni tapplika għall-permess tal-awtorità kompetenti biex twettaq azzjoni elenkata fih, inkluż il-proċess li għandu jiġi applikat fil-każ ta' fidi ta' ishma maħruġa lil membri ta' soċjetajiet kooperattivi u l-perijodu ta' żmien għall-ipproċessar ta' tali applikazzjoni.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit