+Artikolu 84 1.

Artikolu 84 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ interessi minoritarji ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni billi jnaqqsu mill-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b), kif ġej:

▼M17

(a) 

il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ sabiex jissodisfa dan li ġej:

(1) 

meta s-sussidjarja tkun waħda minn dawk elenkati fl-Artikolu 81(1), il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, iżda mhux ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (a) ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata ta' kapital iddefinita fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' dik id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(2) 

meta s-sussidjarja tkun ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(ii) 

l-ammont tal-kapital konsolidat ta' kapital Grad 1 ta' Ekwità Komuni li jirrelata għal dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata definit fl-Artikolu 128, il-punt 6, ta' dik id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

▼C6

(b) 

l-interessi minoritarji tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-entrati kollha ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ dik l-impriża.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lil istituzzjoni tnaqqas wieħed mill-ammonti msemmija fil-punt (a) (i) jew (ii), ladarba dik l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-ammont addizzjonali ta' interess minoritarju huwa disponibbli biex jassorbi t-telf f'livell konsolidat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit