+Artikolu 84 Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
---+Artikolu 84 1.
---+Artikolu 84 2.
---+Artikolu 84 3.
---+Artikolu 84 4.
---+Artikolu 84 5.
---+Artikolu 84 6.

Artikolu 84 Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 84 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ interessi minoritarji ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni billi jnaqqsu mill-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b), kif ġej:

▼M17

(a) 

il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ sabiex jissodisfa dan li ġej:

(1) 

meta s-sussidjarja tkun waħda minn dawk elenkati fl-Artikolu 81(1), il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, iżda mhux ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (a) ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata ta' kapital iddefinita fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' dik id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(2) 

meta s-sussidjarja tkun ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(ii) 

l-ammont tal-kapital konsolidat ta' kapital Grad 1 ta' Ekwità Komuni li jirrelata għal dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (a), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata definit fl-Artikolu 128, il-punt 6, ta' dik id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

▼C6

(b) 

l-interessi minoritarji tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-entrati kollha ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ dik l-impriża.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lil istituzzjoni tnaqqas wieħed mill-ammonti msemmija fil-punt (a) (i) jew (ii), ladarba dik l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-ammont addizzjonali ta' interess minoritarju huwa disponibbli biex jassorbi t-telf f'livell konsolidat.

Artikolu 84 2.
Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fuq bażi subkonsolidata għal kull sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81(1).

Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, l-interess minoritarju ta’ dik is-sussidjarja ma jistax jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1.

Artikolu 84 3.
Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, kif applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-interess minoritarju fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandux ikun rikonoxxut f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.
Artikolu 84 4.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kalkolu subkonsolidat meħtieġ f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 85 u 87,

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 84 5.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjoni mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu lil kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-attività prinċipali tagħha hija li tikseb holdings;

(b) 

hija soġġetta għal superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata;

▼M17

(c) 

tikkonsolida istituzzjoni sussidjarja li fiha għandha biss parteċipazzjoni minoritarja bis-saħħa tar-relazzjoni ta' kontroll fis-sens tal-Artikolu 4(1), il-punt (37);

▼B

(d) 

aktar minn 90 % tal-kapital konsolidat meħtieġ tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jirriżulta mill-istituzzjoni sussidjarja msemmija fil-punt c) kkalkulat fuq bażi subkonsolidata.

►C1  Fejn, wara t-28 ta' Ġunju 2013, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali ◄ , li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ssir kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu r-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu lil dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali dment li tissodisfa l-kondizzjonijiet f’dak is-subparagrafu.

Artikolu 84 6.
Fejn l-istituzzjonijiet tal-kreditu affiljati b’mod permanenti f’netwerk ma’ korp ċentrali u istituzzjonijiet stabbiliti fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 113(7) stabbilixxew skema ta’ garanzija trasversali li tipprevedi li m’hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment tal-ammont ta’ fondi proprji aktar mir-rekwiżiti regolatorji mill-kontroparti għall-istituzzjoni tal-kreditu, dawn l-istituzzjonijiet huma eżentati mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu dwar it-tnaqqis u jistgħu jirrikonoxxu kwalunkwe interess minoritarju li jirriżulta fl-iskema ta’ garanzija trasversali bis-sħiħ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit