|
+Artikolu 132 3. |
Artikolu 132 3.L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
is-CIU hija waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), irregolata mid-Direttiva 2009/65/KE;
(ii)
AIF ġestit minn AIFM tal-UE rreġistrat skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(iii)
AIF ġestit minn AIFM tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE;
(iv)
AIF ġestit minn AIFM mhux tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2011/61/UE;
(v)
AIF mhux tal-UE ġestit minn AIFM mhux tal-UE u kkummerċjalizzat skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2011/61/UE;
(vi)
AIF mhux tal-UE li mhux ikkummerċjalizzat fl-Unjoni u mmaniġġjat minn AIFM mhux tal-UE stabbilit f'pajjiż terz li huwa kopert minn att delegat imsemmi fl-Artikolu 67(6) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(b)
il-prospett tas-CIU jew dokument ekwivalenti jinkludi dan li ġej:
(i)
il-kategorija ta' assi li fiha s-CIU tkun awtorizzata tinvesti;
(ii)
fejn japplikaw limiti fuq l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom;
(c)
ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(i)
l-iskoperturi tas-CIU huma rrappurtati mill-inqas bl-istess frekwenza bħal dawk tal-istituzzjoni;
(ii)
il-granularità tal-informazzjoni finanzjarja hija suffiċjenti biex l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU skont l-approċċ magħżul mill-istituzzjoni;
(iii)
meta l-istituzzjoni tapplika l-prinċipju taċ-ċar kristall, l-informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti. B'deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-banek ta' żvilupp multilaterali u bilaterali u istituzzjonijiet oħra li jikkoinvestu f'CIU ma' banek ta' żvilupp multilaterali jew bilaterali jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati u li l-mandat tal-investiment tas-CIU tillimita t-tipi ta' assi li s-CIU tista' tinvesti f'assi li jippromwovu żvilupp sostenibbli f'pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar is-CIUs li għalihom japplikaw it-trattament imsemmi fit-tieni subparagrafu. B'deroga mill-punt (c)(i) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni tiddetermina l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' skopertura tas-CIU skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat, ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jista' jkun limitat għall-mandat tal-investiment tas-CIU u kull tibdil tiegħu u jista' jsir biss meta l-istituzzjoni ġġarrab l-iskopertura lis-CIU għall-ewwel darba u meta jkun hemm tibdil fil-mandat tal-investiment tas-CIU. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|