+Artikolu 132 Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs
---+Artikolu 132 1.
---+Artikolu 132 2.
---+Artikolu 132 3.
---+Artikolu 132 4.
---+Artikolu 132 5.
---+Artikolu 132 6.
---+Artikolu 132 7.

Artikolu 132 Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 132 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU, ikkalkulat skont l-approċċi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, bil-perċentwal ta' unitajiet jew azzjonijiet miżmuma minn dawk l-istituzzjonijiet.
Artikolu 132 2.
Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-prinċipju taċ-ċar kristall skont l-Artikolu 132a(1) jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat skont l-Artikolu 132a(2).

Soġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju ta' 1 250  % (“approċċ ta' riżerva”) għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU.

L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jużaw kombinament tal-approċċi msemmija f'dan l-ewwel paragrafu, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-użu ta' dawk l-approċċi.

Artikolu 132 3.

L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

is-CIU hija waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), irregolata mid-Direttiva 2009/65/KE;

(ii) 

AIF ġestit minn AIFM tal-UE rreġistrat skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(iii) 

AIF ġestit minn AIFM tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(iv) 

AIF ġestit minn AIFM mhux tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(v) 

AIF mhux tal-UE ġestit minn AIFM mhux tal-UE u kkummerċjalizzat skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(vi) 

AIF mhux tal-UE li mhux ikkummerċjalizzat fl-Unjoni u mmaniġġjat minn AIFM mhux tal-UE stabbilit f'pajjiż terz li huwa kopert minn att delegat imsemmi fl-Artikolu 67(6) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b) 

il-prospett tas-CIU jew dokument ekwivalenti jinkludi dan li ġej:

(i) 

il-kategorija ta' assi li fiha s-CIU tkun awtorizzata tinvesti;

(ii) 

fejn japplikaw limiti fuq l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom;

(c) 

ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

l-iskoperturi tas-CIU huma rrappurtati mill-inqas bl-istess frekwenza bħal dawk tal-istituzzjoni;

(ii) 

il-granularità tal-informazzjoni finanzjarja hija suffiċjenti biex l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU skont l-approċċ magħżul mill-istituzzjoni;

(iii) 

meta l-istituzzjoni tapplika l-prinċipju taċ-ċar kristall, l-informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti.

B'deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-banek ta' żvilupp multilaterali u bilaterali u istituzzjonijiet oħra li jikkoinvestu f'CIU ma' banek ta' żvilupp multilaterali jew bilaterali jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati u li l-mandat tal-investiment tas-CIU tillimita t-tipi ta' assi li s-CIU tista' tinvesti f'assi li jippromwovu żvilupp sostenibbli f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar is-CIUs li għalihom japplikaw it-trattament imsemmi fit-tieni subparagrafu.

B'deroga mill-punt (c)(i) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni tiddetermina l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' skopertura tas-CIU skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat, ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jista' jkun limitat għall-mandat tal-investiment tas-CIU u kull tibdil tiegħu u jista' jsir biss meta l-istituzzjoni ġġarrab l-iskopertura lis-CIU għall-ewwel darba u meta jkun hemm tibdil fil-mandat tal-investiment tas-CIU.

Artikolu 132 4.

L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terzi, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-parti terza hija waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

id-depożitarju jew id-depożitarju finanzjarju tas-CIU, sakemm is-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dak depożitarju jew depożitarju finanzjarju;

(ii) 

fil-każ ta' CIUs mhux koperti mill-punt (i) ta' dan il-punt, il-kumpannija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpannija tissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 3;

(b) 

il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a(1), (2) jew (3), kif applikabbli;

(c) 

awditur estern ikun ikkonferma l-korrettezza tal-kalkolu tal-parti terza.

L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU li tirriżulta minn dawn il-kalkoli b'fattur ta' 1,2.

B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-kalkoli dettaljati mwettqa minn parti terza, il-fattur ta' 1,2 ma għandux japplika. L-istituzzjoni għandha tipprovdi dawk il-kalkoli lill-awtorità kompetenti tagħha fuq talba.

Artikolu 132 5.
Meta istituzzjoni tapplika l-approċċi msemmija fl-Artikolu 132a għall-fini li tikkalkula l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju ta' skopertura ta' CIU (“CIU ta' livell 1”), u kwalunkwe waħda mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU ta' livell 1 hija skopertura fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU oħra (“CIU ta' livell 2”), l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU ta' livell 2 jista' jiġi kkalkulat permezz ta' kwalunkwe wieħed mit-tliet approċċi deskritti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-istituzzjoni tista' tuża l-prinċipju taċ-ċar kristall biex tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU fil-livell 3 u kwalunkwe livell sussegwenti, fil-każ biss fejn użat dak l-approċċ għall-kalkolu fil-livell preċedenti. Fi kwalunkwe xenarju ieħor, din għandha tuża l-approċċ ta' riżerva.
Artikolu 132 6.
L-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi ta' CIU kkalkulat skont il-prinċipju taċ-ċar kristall u l-approċċ ibbażat fuq il-mandat kif stabbilit fl-Artikolu 132a (1) u (2) għandu jiġi limitat għall-ammont ponderat għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU kkalkulat skont l-approċċ ta' riżerva.
Artikolu 132 7.
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ taċ-ċar kristall skont l-Artikolu 132a(1) jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw il-valuri tal-iskoperturi ta' dawk l-iskoperturi, ikkalkulati skont l-Artikolu 111, bil-piż tar-riskju (

image

) ikkalkulat skont il-formula stipulata fl-Artikolu 132c, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) 

l-istituzzjonijiet ikejlu il-valur tal-parteċipazzjonijiet tagħhom ta' unitajiet jew ishma f'CIU bil-prezz storiku iżda jkejlu l-valur tal-assi sottostanti tas-CIU bil-valur ġust jekk dawn japplikaw l-approċċ taċ-ċar kristall;

(b) 

bidla fil-valur tas-suq tal-unitajiet jew l-ishma li għalihom l-istituzzjonijiet jkejlu l-valur bil-prezz storiku la jbiddel l-ammont tal-fondi proprji ta' dawk l-istituzzjonijiet u lanqas il-valur tal-iskopertura assoċjat ma' dawk il-parteċipazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit