+Artikolu 141 2.

Artikolu 141 2.

B'deroga mill-paragrafu 1, meta skopertura tirriżulta permezz tal-parteċipazzjoni ta' istituzzjoni f'self li jkun ġie estiż minn, jew li jkun ġie ggarantit kontra r-riskju ta' konvertibbiltà u ta' trasferiment minn bank multilaterali tal-iżvilupp elenkat fl-Artikolu 117(2) li l-istatus ta' kreditur preferut tiegħu jkun irrikonoxxut fis-suq, il-valutazzjoni tal-kreditu fuq l-element tal-munita domestika tad-debitur tista' tintuża sabiex jiġi dderivat piż tar-riskju għal skopertura fuq dak l-istess debitur li tkun iddenominata f'munita barranija.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, meta l-iskopertura ddenominata f'munita barranija ikun iggarantita kontra r-riskju ta' konvertibbiltà u ta' trasferiment, il-valutazzjoni tal-kreditu fuq l-element tal-munita domestika tad-debitur tista' tintuża biss għall-finijiet ta' ponderazzjoni tar-riskju fuq il-parti ggarantita ta' dik l-iskopertura. Il-parti ta' dik l-iskopertura li m'hijiex iggarantita għandha tkun ponderata għar-riskju abbażi ta' valutazzjoni tal-kreditu fuq id-debitur li tirreferi għal element iddenominat f'dik il-munita barranija.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit