+Artikolu 141 Elementi f'munita domestika u barranija
---+Artikolu 141 1.
---+Artikolu 141 2.
|
Artikolu 141 Elementi f'munita domestika u barranija
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 141 1.
|
Valutazzjoni tal-kreditu li tirreferi għal element denominat fil-munita domestika tad-debitur ma għandhiex tintuża sabiex jiġi dderivat piż tar-riskju għal skopertura fuq dak l-istess debitur li tkun iddenominat f'munita barranija.
|
|
Artikolu 141 2.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, meta skopertura tirriżulta permezz tal-parteċipazzjoni ta' istituzzjoni f'self li jkun ġie estiż minn, jew li jkun ġie ggarantit kontra r-riskju ta' konvertibbiltà u ta' trasferiment minn bank multilaterali tal-iżvilupp elenkat fl-Artikolu 117(2) li l-istatus ta' kreditur preferut tiegħu jkun irrikonoxxut fis-suq, il-valutazzjoni tal-kreditu fuq l-element tal-munita domestika tad-debitur tista' tintuża sabiex jiġi dderivat piż tar-riskju għal skopertura fuq dak l-istess debitur li tkun iddenominata f'munita barranija. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, meta l-iskopertura ddenominata f'munita barranija ikun iggarantita kontra r-riskju ta' konvertibbiltà u ta' trasferiment, il-valutazzjoni tal-kreditu fuq l-element tal-munita domestika tad-debitur tista' tintuża biss għall-finijiet ta' ponderazzjoni tar-riskju fuq il-parti ggarantita ta' dik l-iskopertura. Il-parti ta' dik l-iskopertura li m'hijiex iggarantita għandha tkun ponderata għar-riskju abbażi ta' valutazzjoni tal-kreditu fuq id-debitur li tirreferi għal element iddenominat f'dik il-munita barranija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|