|
+Artikolu 144 1. |
Artikolu 144 1.L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess skont l-Artikolu 143 biex istituzzjoni tuża l-Approċċ IRB, inkluż sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni, biss jekk l-awtorità kompetenti tkun issodisfatta li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu jkunu ġew issodisfatti, b’mod partikolari dawk stabbiliti fit-Taqsima 6, u li s-sistemi tal-istituzzjoni għall-ġestjoni u l-klassifikazzjoni tal-iskoperturi ta’ riskji ta’ kreditu jkunu validi u jiġu implimentati b’integrità u, b’mod partikolari, li l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-istandards li ġejjin ikunu ġew issodisfatti:
(a)
is-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal-istituzzjoni jipprovdu valutazzjoni tajba tal-karatteristiċi tad-debitur u tat-transazzjonijiet, differenzjar tajjeb tar-riskju u stimi kwantitattivi tar-riskju li jkunu preċiżi u konsistenti;
(b)
il-klassifikazzjonijiet interni u l-istimi ta’ inadempjenza u ta’ telf użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji u fis-sistemi u l-proċessi assoċjati għandhom rwol essenzjali fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskju u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u fil-funzjonijiet ta’ approvazzjoni tal-kreditu, fl-allokazzjoni interna tal-kapital u tal-governanza korporattiva tal-istituzzjoni;
(c)
l-istituzzjoni għandha unità għall-kontroll tar-riskju ta’ kreditu responsabbli għas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha li tkun indipendenti u ħielsa kif xieraq minn influwenza bla bżonn;
(d)
l-istituzzjoni tiġbor u taħżen id-data kollha rilevanti sabiex tipprovdi appoġġ effikaċi għall-proċess tal-kalkolu u l-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu tagħha;
(e)
l-istituzzjoni tiddokumenta s-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha u r-raġuni għat-tfassil tagħhom u tivvalida s-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha;
(f)
l-istituzzjoni tkun ivvalidat kull sistema ta' klassifikazzjoni matul perjodu xieraq qabel il-permess sabiex tintuża dik is-sistema ta' klassifikazzjoni, tkun ivvalutat matul dak il-perjodu jekk kull sistema ta' klassifikazzjoni hijiex adattata għall-medda ta' applikazzjoni ta' dik is-sistema ta' klassifikazzjoni, u tkun għamlet il-bidliet neċessarji f'kull sistema ta' klassifikazzjoni wara l-valutazzjoni tagħha;
(g)
l-istituzzjoni tkun ikkalkulat skont l-Approċċ IRB ir-rekwiżiti tal-fondi proprji bħala riżultat tal-istimi tal-parametri tar-riskji u tkun kapaċi tissottometti r-rappurtar kif meħtieġ mill-Artikolu 430;
(h)
l-istituzzjoni tkun assenjat u tkun għadha tassenja kull skopertura fil-medda ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni għal grad jew għal aggregazzjoni ta' klassifikazzjoni ta' dik is-sistema ta' klassifikazzjoni. Ir-rekwiżiti sabiex jintuża l-Approċċ IRB, inkluż l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni, japplikaw ukoll meta istituzzjoni tkun implimentat sistema ta’ klassifikazzjoni, jew mudell użat f’sistema ta’ klassifikazzjoni, li tkun xtrat minn venditur ta’ parti terza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|